Triq interna fil-veru sens tal-kelma, b’tul ta’ 310 metri, b’wisa’ ta’ 8 metri u b’għoli ta’ 9.85 metri, imsaqqfa bil-ħġieġ, il-Gallerija hija s-soluzzjoni arkitettonika magħżula sabiex tgħaqqad il-binjiet kollha li jifformaw il-kumpless immobiljari u tippermetti aċċess rapidu u faċli bejn il-binjiet kollha.
Barra minn hekk, il-Gallerija tilqa’ fiha numru ta’ postijiet soċjali (ħanut tal-gazzetti, kantin, il-librerija, is-swali fejn jintlaqgħu l-viżitaturi u s-swali fejn isiru l-laqgħat).