lynx   »   [go: up one dir, main page]

Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Il-bandiera Ewropea ilha tperper mill-1985

F’Ġunju 2025 il-bandiera Ewropea tagħna tagħlaq 40 sena. Wasal iż-żmien li niċċelebraw dan is-simbolu qawwi ta’ għaqda, demokrazija, u sliem li ilu mill-1985 iperper bi kburija fl-Ewropa u madwar id-dinja!

Is-simboliżmu

 

Fejn tista’ tara l-bandiera

Fil-ħajja tiegħek ta’ kuljum, tiltaqa’ mal-bandiera f’ħafna postijiet: 

  • quddiem il-kunsilli lokali, il-binjiet tal-gvern, l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE, l-universitajiet, il-pjazez pubbliċi, u r-rappreżentanzi diplomatiċi
  • fuq wieħed mill-ħafna proġetti u inizjattivi li l-UE tappoġġa, jew fuq l-għajnuna pprovduta fi żminijiet ta’ bżonn jew diżastru — fil-pajjiżi tal-UE u madwar id-dinja
  • fuq il-passaport tiegħek u fuq il-karti tal-euro li għandek fil-kartiera
  • fil-kompetizzjonijiet sportivi internazzjonali bħal-Laver Cup tat-tennis, il-Golf Ryder Cup, iċ-Champions League tal-UEFA, jew il-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi 2024
  • barra mill-Unjoni Ewropea, fejn ħafna nies jużawha minħabba dak li tirrappreżenta. Mill-Ukrajna fl-2014 sal-Georgia fl-2024, ħafna huma dawk li xejru l-bandiera b’kuraġġ għax imxennqin biex iqarrbu lin-nazzjonijiet tagħhom lejn il-proġett Ewropew.

Erbgħin sena wara, il-bandiera Ewropea għadha tirrappreżenta l-aspirazzjonijiet ta’ miljuni ta’ Ewropej għal kontinent magħqud fis-sliem, fil-ġid, u fir-rispett għad-dinjità tal-bniedem. Ejjew niżguraw li tkompli tperper b’sens ta’ kburija!

Лучший частный хостинг