lynx   »   [go: up one dir, main page]

Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea

Insawru t-tmexxija tal-Ewropa fl-intelliġenza artifiċjali bil-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA

Ċifri ewlenin

Azzjonijiet ewlenin tal-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA

Filwaqt li jibni fuq it-tnedija tal-inizjattiva InvestAI li se timmobilizza €200 biljun għall-investiment fl-IA fl-UE, il-pjan ta’ azzjoni għal kontinent tal-IA għandu l-għan li jsaħħaħ il-kapaċitajiet tal-IA tagħna, billi jippromwovi inizjattivi f’ħames oqsma ewlenin.

Nibnu infrastruttura tal-computing tal-IA fuq skala kbira

Il-mudelli avvanzati tal-IA jeħtieġu investiment, infrastruttura u kollaborazzjoni. Il-pjan tagħna se jiġbor flimkien l-elementi meħtieġa biex jgħin lin-negozji Ewropej jeċċellaw fl-IA permezz:

  • tal-istabbiliment ta’ mill-inqas 13-il fabbrika tal-IA fl-Ewropa kollha, bl-użu tan-network tagħna tas-supercomputing fost l-aqwa fid-dinja. Dawn il-fabbriki se jappoġġaw lin-negozji ġodda, lill-industrija u lir-riċerkaturi biex jiżviluppaw mudelli u applikazzjonijiet avvanzati tal-IA.
  • tal-istabbiliment sa 5 gigafabbriki tal-IA, faċilitajiet fuq skala kbira b’qawwa komputazzjonali massiva u ċentri tad-data. Dawn se jippermettu t-taħriġ ta’ mudelli kumplessi tal-IA fuq skala bla preċedent. Din l-inizjattiva teħtieġ kemm investiment pubbliku kif ukoll privat u se tiżgura t-tmexxija tal-UE fl-IA mill-aktar avvanzata.
  • tal-Faċilità InvestAI li l-għan tagħha hu li timmobilizza €20 biljun biex jiġi xprunat l-investiment privat fil-gigafabbriki.
  • tal-proposta tal-att dwar l-iżvilupp tal-cloud u tal-IA li se jagħti spinta lill-investiment privat fil-cloud u fiċ-ċentri tad-data. L-għan huwa li fil-ħames jew fis-seba’ snin li ġejjin, il-kapaċità taċ-ċentri tad-data tal-UE tikber mill-inqas tliet darbiet bi prijorità liċ-ċentri tad-data sostenibbli.
     

Inżidu l-aċċess għal data ta’ kwalità għolja

Settijiet tad-data kbar u ta’ kwalità għolja huma essenzjali biex jiġu żviluppati u mħarrġa mudelli avvanzati tal-IA. Se noħolqu l-kundizzjonijiet għal suq uniku għad-data permezz:

  • tal-istrateġija għal Unjoni Ewropea tad-data li jmiss, li se trawwem suq intern reali għad-data, li jippermetti t-tkabbir tal-iżvilupp tal-IA fl-UE kollha.
  • tal-laboratorji tad-data fil-fabbriki tal-IA biex tinġabar u tiġi organizzata data ta’ kwalità għolja minn sorsi diversi. Dan se jagħti lir-riċerkaturi u lill-iżviluppaturi l-għodod li jeħtieġu għall-innovazzjoni.

Nippromwovu l-IA fis-setturi strateġiċi

Bħalissa, 13.5 % biss tal-kumpaniji tal-UE jużaw l-IA. Biex jitnaqqas dan id-distakk, il-Kummissjoni dalwaqt se tniedi l-istrateġija għall-applikazzjoni tal-IA. Din l-istrateġija se:

Insaħħu l-ħiliet u t-talenti fl-IA

Biex nilħqu d-domanda dejjem akbar għat-talent fl-IA, se: 

  • nedukaw u nħarrġu lill-ġenerazzjoni li jmiss ta’ esperti tal-IA bbażati fl-UE.
  • ninċentivaw it-talent Ewropew fl-IA biex inżommuh u nġibuh lura fl-UE.
  • nattiraw u nżommu t-talent bil-ħiliet fl-IA minn pajjiżi mhux tal-UE, fosthom ir-riċerkaturi. 

Nissimplifikaw l-implimentazzjoni tal-att dwar l-IA

L-impenn tagħna hu li nappoġġaw lill-kumpaniji u lill-pajjiżi tal-UE tagħna fl-implimentazzjoni tal-Att dwar l-IA. Diġà ppubblikajna linji gwida u qed niffaċilitaw il-kodiċijiet ta’ prattika. Is-Service Desk tal-Att dwar l-IA li jmiss se jkun punt ċentrali ta’ kuntatt għan-negozji li jfittxu informazzjoni u gwida. 

 

L-Ewropa kif qed issir mexxejja fl-IA?

Dokumenti

  • 9 APRIL 2025
AI Continent Action Plan COM(2025)165
  • 9 APRIL 2025
Annex to the AI Continent Action Plan COM(2025)165
Лучший частный хостинг