Approvazzjoni biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni F’Diċembru 2023, il-mexxejja tal-UE qablu li jiftħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u kkonfermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom li jkomplu jappoġġjaw b’mod qawwi lill-pajjiż u lill-poplu tiegħu sakemm ikun hemm bżonn.L-UE fetħet formalment in-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna fl-ewwel Konferenza Intergovernattiva f’Ġunju 2024. Għaddejja ħidma biex jitħejjew taħditiet f’oqsma speċifiċi, abbażi tal-qafas ta’ negozjar li jiddeskrivi l-proċedura u l-prinċipji għan-negozjati. L-Ewropa tinsab f’għajnejn l-Ukreni kollha li qed jiġġieldu għal futur aħjar. U flimkien, nistgħu nirbħu din il-ġlieda. Flimkien, nistgħu nlestu l-Unjoni tagħna. Flimkien, nistgħu nlaqqgħu lill-Ukrajna fid-dar Ewropea komuni tagħna. Din hija l-ħolma tal-eroj tal-Ukrajna u tal-martri tal-Ukrajna. U hija l-ħolma tagħna wkoll. Flimkien aħna l-Ewropa. Taspira li tissieħeb fl-UE L-Ukrajna applikat għas-sħubija fl-UE fl-aħħar ta’ Frar 2022, jiem biss wara li r-Russja nediet l-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata fuq skala sħiħa tagħha. Il-Kummissjoni ppreżentat l-Opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni f’Ġunju 2022, u l-Ukrajna ngħatat status ta’ kandidat tal-UE mill-Istati Membri kollha tal-UE fl-istess xahar. Fl-Ukrajna, dan ħoloq dinamika qawwija ta’ riforma minkejja l-gwerra li għaddejja bħalissa, b’appoġġ qawwi mill-poplu tal-Ukrajna. L-Ukrajna għamlet progress f’diversi oqsma importanti, inklużi: ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja tagħha it-trażżin tal-kontroll effettiv tal-oligarki il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ir-riforma tal-korpi ta’ governanza ġudizzjarja il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonaliIl-pajjiż wera wkoll kapaċità impressjonanti biex jagħmel progress fl-allinjament mal-acquis tal-UE, anke matul il-gwerra. Permezz ta’ valuri komuni, il-prinċipji demokratiċi u l-impenn għall-prosperità l-Ukrajna se tikkontribwixxi għall-avvanz tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li twitti t-triq lejn kontinent aktar integrat u interkonness. Passi għall-adeżjoni - pedament sod għal sħubija armonjuża Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluża ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) tiegħu, fis-seħħ mill-2017, u d-deċiżjoni tal-UE li tagħti lill-Ukrajna status ta’ kandidat tal-UE fl-2022 kienu wħud mill-mumenti kruċjali fit-triq tal-Ukrajna lejn aktar integrazzjoni mal-UE. L-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha wrew l-impenn tagħhom lejn il-valuri demokratiċi, l-iżvilupp ekonomiku u t-tisħiħ tar-rabtiet tagħhom mal-UE.L-ewwel riżultati ta’ din is-sħubija huma diġà viżibbli. Pereżempju, ix-xjenzati u ċ-ċittadini tal-Ukrajna jieħdu sehem fi programmi importanti tal-UE għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni permezz ta’ Orizzont Ewropa u Erasmus. Aktar reċentement, l-Ukrajna ngħaqdet mal-programm tas-Suq Uniku u mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u t-tbatija li qed tiffaċċja bħalissa, l-Ukrajna bdiet fuq vjaġġ li għandu vantaġġi sinifikanti kemm għall-Ukreni kif ukoll għall-Ewropej.L-Ukrajna għandha rabtiet storiċi u kulturali mal-Ewropa u għandha aspirazzjonijiet għall-istabbiltà politika u ekonomika li jgawdu l-Istati Membri tal-UE. Il-pajjiż hu demokrazija parlamentari presidenzjali vera u proprja u għandu amministrazzjoni pubblika li tiffunzjona tajjeb li baqgħet għaddejja matul il-gwerra. Hemm soċjetà ċivili attiva u s-sistema elettorali ġiet ippruvata li hi ġusta u ħielsa. L-Ukrajna diġà ħadet passi importanti biex issir ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Dan hu kruċjali, minħabba li l-Ukrajna trid tkun kapaċi tintegra fis-suq uniku tal-UE. Min-naħa tagħha, l-UE diġà ħadmet fuq l-integrazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna, pereżempju fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija. Skopri aktar dwar l-assistenza tal-UE lill-Ukrajna Skeda taż-żmien 25 ta’ Ġunju 2024L-UE tiftaħ formalment in-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna. 12 ta’ Marzu 2024Il-Kummissjoni tippreżenta lill-Kunsill abbozz ta’ qafas għan-negozjati tal-adeżjoni tal-Ukrajna.14 ta’ Diċembru 2023Il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna.8 ta’ Novembru 2023Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna.23 ta’ Ġunju 2022Il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi l-perspettiva Ewropea u jagħti l-istatus ta’ kandidat lill-Ukrajna.17 ta’ Ġunju 2022Il-Kummissjoni toħroġ l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni għal sħubija fl-UE.Uri 3 aktar oġġetti28 ta’ Frar 2022L-Ukrajna tapplika għal sħubija fl-UE.
L-Ukrajna għamlet progress f’diversi oqsma importanti, inklużi: ir-riforma tas-sistema ġudizzjarja tagħha it-trażżin tal-kontroll effettiv tal-oligarki il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus ir-riforma tal-korpi ta’ governanza ġudizzjarja il-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi nazzjonaliIl-pajjiż wera wkoll kapaċità impressjonanti biex jagħmel progress fl-allinjament mal-acquis tal-UE, anke matul il-gwerra. Permezz ta’ valuri komuni, il-prinċipji demokratiċi u l-impenn għall-prosperità l-Ukrajna se tikkontribwixxi għall-avvanz tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li twitti t-triq lejn kontinent aktar integrat u interkonness.
Minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja u t-tbatija li qed tiffaċċja bħalissa, l-Ukrajna bdiet fuq vjaġġ li għandu vantaġġi sinifikanti kemm għall-Ukreni kif ukoll għall-Ewropej.L-Ukrajna għandha rabtiet storiċi u kulturali mal-Ewropa u għandha aspirazzjonijiet għall-istabbiltà politika u ekonomika li jgawdu l-Istati Membri tal-UE. Il-pajjiż hu demokrazija parlamentari presidenzjali vera u proprja u għandu amministrazzjoni pubblika li tiffunzjona tajjeb li baqgħet għaddejja matul il-gwerra. Hemm soċjetà ċivili attiva u s-sistema elettorali ġiet ippruvata li hi ġusta u ħielsa. L-Ukrajna diġà ħadet passi importanti biex issir ekonomija tas-suq li tiffunzjona. Dan hu kruċjali, minħabba li l-Ukrajna trid tkun kapaċi tintegra fis-suq uniku tal-UE. Min-naħa tagħha, l-UE diġà ħadmet fuq l-integrazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna, pereżempju fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija. Skopri aktar dwar l-assistenza tal-UE lill-Ukrajna