X’tagħmel l-UE Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma s-sinsla tal-viżjoni tal-UE biex ikollna futur kompetittiv, reżiljenti, u sostenibbli. Jixprunaw il-kapaċità tal-Ewropa li tindirizza l-isfidi globali, toħloq l-impjiegi, u ttejjeb il-ħajja tan-nies.Permezz ta’ finanzjament mill-programm Orizzont Ewropa u ta’ koordinazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-UE tagħmilha possibbli għar-riċerkaturi, għan-negozji, u għall-innovaturi biex l-ideat tagħhom jagħmluhom realtà, u b’hekk l-għarfien jissarraf f’soluzzjonijiet prattiċi li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini.L-għanijiet ewlenin tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE:Li nsaħħu l-kompetittività tal-Ewropa billi ninkoraġġixxu t-teknoloġiji rivoluzzjonarji, nagħtu sostenn lin-negozji ġodda u lin-negozji li qed jespandu, u nagħtu spinta lit-tmexxija industrijali f’setturi strateġiċi.Li naċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għan-newtralità klimatika, għall-enerġija nadifa, għall-ekonomija ċirkolari, għall-IA, għall-computing kwantistiku, u għaċ-ċibersigurtà.Li nappoġġaw lix-xjenzi tas-saħħa u tal-ħajja billi nixprunaw l-innovazzjoni medika, intejbu l-prevenzjoni tal-mard, u nkabbru r-reżiljenza għall-kriżijiet tas-saħħa permezz tal-bijoteknoloġija u x-xjenzi tal-ħajja.Li niżguraw is-sigurtà u r-reżiljenza billininvestu f’teknoloġiji kritiċi, fiċ-ċibersigurtà, u fil-preparatezza għall-kriżijiet.Li nippromwovu l-eċċellenza fir-riċerka u l-kooperazzjoni globali billi nsaħħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), nespandu s-sħubijiet internazzjonali, u ntejbu l-infrastruttura tar-riċerka. Fatti dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni Aktar minn €280 biljun investitimill-1984 ’l hawnĠew iffirmati aktar minn 120,000 għotjab’madwar 75,000 benefiċjarjuAktar minn 30 premju Nobelmirbuħin minn riċerkaturi ffinanzjati mill-UE Oqsma ta’ azzjoniL-intelliġenza artifiċjali (IA) fix-xjenzaEsplora kif l-intelliġenza artifiċjali qed ikollha sehem fil-progress xjentifikuIl-bijoekonomijaSkopri aktar dwar kif l-UE tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-bijoekonomijaL-enerġijaSkopri kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw teknoloġiji għal futur aktar nadifL-ambjentNaslu għan-newtralità klimatika u navvanzaw l-iżvilupp sostenibbli permezz tax-xjenza, l-investiment, u l-azzjoni kollettivaIs-sistemi tal-ikelSir af aktar dwar is-sistemi sostenibbli tal-ikelIs-saħħaIntejbu s-saħħa permezz tal-innovazzjoni, tal-mediċina personalizzata, u tat-teknoloġiji avvanzatiIr-riċerka u innovazzjoni industrijaliTrasformazzjoni sostenibbli tal-industrija permezz tar-riċerka u l-innovazzjoniIx-xjenzi soċjali u l-studji umanistiċiInvestimenti fil-governanza demokratika, fil-wirt kulturali, u fit-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċiIt-trasportNittrasformaw it-trasport biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi Il-kisbiet ewlenin Ix-xjenzati ffinanzjati mill-UE kkontribwew għal avvanzi rivoluzzjonarji fit-trattament tal-kanċer, fil-mediċina personalizzata, u fl-iżvilupp tal-vaċċini.Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għen biex negozji ġodda jikkummerċjalizzaw teknoloġiji trasformattivi, minn soluzzjonijiet tal-idroġenu ekoloġiku sal-IA tal-ġenerazzjoni li jmiss.Ir-riċerka wasslet għal skoperti dwar tal-ħżin tal-enerġija u dwar it-teknoloġiji rinnovabbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, u b’hekk tnaqqset id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-fjuwils fossili.Ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE ppermettew li jkollna materjali tal-bini newtrali għall-klima, soluzzjonijiet tal-ekonomija ċirkolari, u proċessi industrijali b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.Il-proġetti ffinanzjati mill-UE taw spinta liċ-ċibersigurtà, lill-governanza tal-IA, u lill-infrastruttura sigura tad-data biex tiġi żgurata s-sovranità teknoloġika. Taħt il-lenti Agħżel l-Ewropa: avvanza fil-karriera tiegħek fil-qasam tar-riċerka fl-UEL-Ewropa tipprovdi kundizzjonijiet tajbin ħafna għar-riċerka tal-iprem klassi, fosthom bosta opportunitajiet stabbli u prevedibbli ta’ finanzjament, faċilitajiet mill-aktar avvanzati, u libertà xjentifika. L-UE qed tagħmilha aktar faċli u aktar attraenti biex riċerkaturi internazzjonali jirrilokaw lejn l-Ewropa u jaħdmu fuq proġetti fejn jistgħu tabilħaqq jagħmlu differenza.Skopri aktar L-aħħar aħbarijiet News article29 Settembru 2025Stronger research and innovation cooperation between Europe, Latin America and the Caribbean2 min qariNews article25 Settembru 2025All-Atlantic Forum 2025 launches two major initiatives for coastal resilience and scientific collaboration2 min qariAra kollox Eventi 08Ott2025Taħriġ u workshopsCODECS Bootcamp Online bissAvveniment estern14Ott2025Taħriġ u workshopsNew ways to manage intellectual assets and bring research to marketOnline bissXandira diretta fuq l-internet disponibbliAra kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-InnovazzjoniIl-finanzjamentIl-liġijiet u r-regolamentiIċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma s-sinsla tal-viżjoni tal-UE biex ikollna futur kompetittiv, reżiljenti, u sostenibbli. Jixprunaw il-kapaċità tal-Ewropa li tindirizza l-isfidi globali, toħloq l-impjiegi, u ttejjeb il-ħajja tan-nies.Permezz ta’ finanzjament mill-programm Orizzont Ewropa u ta’ koordinazzjoni fiż-Żona Ewropea tar-Riċerka, l-UE tagħmilha possibbli għar-riċerkaturi, għan-negozji, u għall-innovaturi biex l-ideat tagħhom jagħmluhom realtà, u b’hekk l-għarfien jissarraf f’soluzzjonijiet prattiċi li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini.L-għanijiet ewlenin tal-politika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE:Li nsaħħu l-kompetittività tal-Ewropa billi ninkoraġġixxu t-teknoloġiji rivoluzzjonarji, nagħtu sostenn lin-negozji ġodda u lin-negozji li qed jespandu, u nagħtu spinta lit-tmexxija industrijali f’setturi strateġiċi.Li naċċelleraw it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għan-newtralità klimatika, għall-enerġija nadifa, għall-ekonomija ċirkolari, għall-IA, għall-computing kwantistiku, u għaċ-ċibersigurtà.Li nappoġġaw lix-xjenzi tas-saħħa u tal-ħajja billi nixprunaw l-innovazzjoni medika, intejbu l-prevenzjoni tal-mard, u nkabbru r-reżiljenza għall-kriżijiet tas-saħħa permezz tal-bijoteknoloġija u x-xjenzi tal-ħajja.Li niżguraw is-sigurtà u r-reżiljenza billininvestu f’teknoloġiji kritiċi, fiċ-ċibersigurtà, u fil-preparatezza għall-kriżijiet.Li nippromwovu l-eċċellenza fir-riċerka u l-kooperazzjoni globali billi nsaħħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), nespandu s-sħubijiet internazzjonali, u ntejbu l-infrastruttura tar-riċerka.
L-intelliġenza artifiċjali (IA) fix-xjenzaEsplora kif l-intelliġenza artifiċjali qed ikollha sehem fil-progress xjentifiku
Il-bijoekonomijaSkopri aktar dwar kif l-UE tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-bijoekonomija
L-enerġijaSkopri kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jtejbu l-effiċjenza tal-enerġija rinnovabbli u jiżviluppaw teknoloġiji għal futur aktar nadif
L-ambjentNaslu għan-newtralità klimatika u navvanzaw l-iżvilupp sostenibbli permezz tax-xjenza, l-investiment, u l-azzjoni kollettiva
Is-saħħaIntejbu s-saħħa permezz tal-innovazzjoni, tal-mediċina personalizzata, u tat-teknoloġiji avvanzati
Ir-riċerka u innovazzjoni industrijaliTrasformazzjoni sostenibbli tal-industrija permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni
Ix-xjenzi soċjali u l-studji umanistiċiInvestimenti fil-governanza demokratika, fil-wirt kulturali, u fit-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi
Agħżel l-Ewropa: avvanza fil-karriera tiegħek fil-qasam tar-riċerka fl-UEL-Ewropa tipprovdi kundizzjonijiet tajbin ħafna għar-riċerka tal-iprem klassi, fosthom bosta opportunitajiet stabbli u prevedibbli ta’ finanzjament, faċilitajiet mill-aktar avvanzati, u libertà xjentifika. L-UE qed tagħmilha aktar faċli u aktar attraenti biex riċerkaturi internazzjonali jirrilokaw lejn l-Ewropa u jaħdmu fuq proġetti fejn jistgħu tabilħaqq jagħmlu differenza.Skopri aktar
News article29 Settembru 2025Stronger research and innovation cooperation between Europe, Latin America and the Caribbean2 min qari
News article25 Settembru 2025All-Atlantic Forum 2025 launches two major initiatives for coastal resilience and scientific collaboration2 min qari
14Ott2025Taħriġ u workshopsNew ways to manage intellectual assets and bring research to marketOnline bissXandira diretta fuq l-internet disponibbli