Nipproteġu d-demokrazija u niddefendu l-valuri tagħna Ħarsa ġenerali Il-futur tal-Ewropa f’dinja maqsuma se jkun jiddependi fuq demokrazija b’saħħitha u fuq id-difiża tal-valuri li jagħtu lill-Ewropej il-libertajiet u d-drittijiet li huma tant importanti għalihom. Filwaqt li tibni fuq dak li diġà nkiseb, f’dan il-mandat il-ġdid l-UE se ssaħħaħ il-ħidma tagħha biex tipproteġi d-demokrazija u liċ-ċittadini tagħha mit-theddid li dejjem qed jiżdied min-naħa tal-atturi interni u barranin, filwaqt li ssaħħaħ l-istat tad-dritt li tibbaża fuqu u li huwa fundamentali għall-prosperità, għall-kompetittività u għal suq uniku li jiffunzjona tajjeb. Il-ħidma tagħna dejjem se tkun immotivata mill-viżjoni ta’ kontinent magħqud bis-saħħa tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tal-ħarsien tal-libertajiet fundamentali, u li jipprijoritizza liċ-ċittadini tiegħu.X’jaħsbu l-Ewropej? 86 %tal-Ewropej jaqblu li t-tixrid rapidu tad-diżinformazzjoni hu problema kbira għad-demokrazija81 %tal-Ewropej jemmnu li l-interferenza barranija fis-sistemi demokratiċi tagħna hija problema serja li jeħtieġ tiġi indirizzata90 %taċ-ċittadini tal-UE huma konxji ta’ kemm hu importanti l-ħarsien tal-valuri tal-UE, inkluż l-istat tad-dritt Objettivi Id-demokrazija u d-drittijiet tagħna ma nistgħux nissottovalutawhom. Dawn għandhom jiġu promossi u ġġustifikati kuljum. Barra minn hekk, iċ-ċittadini jridu jaqdu rwol ċentrali fil-proċess demokratiku. Dawn iridu jiġu inklużi fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet li jafdaw fihom. Hu proprju għalhekk li l-UE timpenja ruħha li Tipproteġi u tiddefendi d-demokrazijau ssaħħaħ ir-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetàIssaħħaħ l-istat tad-drittgħal soċjetà ġusta u li tiffunzjona sewTippromwovi l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni ċivikabiex l-ideat taċ-ċittadini jitqiegħdu fil-qalba tat-tfassil tal-politika Kif se nilħqu l-objettivi tagħna Matul il-ftit snin li ġejjin, se naħdmu biexNipproteġu d-demokrazija tagħna Is-sistemi u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ewropa qed jiġu mhedda. Sabiex nipproteġu d-demokrazija tagħna,se nipproponu tarka Ewropea għad-demokrazija ġdida biex tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin online, billi tidentifika, tanalizza u tiġġieled b’mod proattiv id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni kif ukoll it-theddid ibriduse naħdmu biex jiżdied il-litteriżmu diġitali u medjatiku ħalli jittejbu r-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetàse noħolqu network Ewropew ta’ verifikaturi tal-fatti li se jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-UEse nkomplu nsaħħu l-infurzar diġitali, fosthom tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar l-IA, biex niżguraw ambjent tal-pjattaformi online ġust u miftuħ, nevitaw it-tixrid tal-miżinformazzjoni u tad-deepfakes, u nipproteġu d-diskussjoni pubblika u l-proċessi elettoralise nindirizzaw it-theddid emerġenti fil-konfront tal-integrità tal-elezzjonijiet madwar l-Ewropa, fosthom billi niżguraw li r-rekwiżiti ta’ trasparenza fl-Att dwar l-IA, fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali, u fir-Regolament dwar ir-Reklamar Politiku jiġu implimentati, u billi nsaħħu l-approċċ tagħna lejn il-kontenut prodott permezz tal-IA Insaħħu l-istat tad-dritt Fid-dinja tal-lum, fejn ir-reżiljenza tad-demokraziji, tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji tagħna kontinwament tgħaddi minn mumenti ta’ prova, huma l-valuri tagħna li jgħaqqduna u jsaħħuna. Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jiffunzjonaw bis-saħħa tal-istat tad-dritt, li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-indirizzar tal-korruzzjoni, u l-infurzar tal-kuntratti. Għalhekk,se nikkonsolidaw ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt u se niżguraw li jittratta l-kwistjonijiet kollha madwar l-Ewropa, anke billi miegħu nżidu d-dimensjoni tas-suq unikuse nkomplu ntejbu l-monitoraġġ tal-istat tad-dritt u r-rappurtar tagħna dwaru, kif ukoll insaħħu l-ekwilibriju tas-setgħat, b’mod partikolari billi nimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijietse nagħmlu ħilitna biex niddefendu l-istat tad-dritt permezz ta’ finanzjament tal-UE għall-miżuri nazzjonali, pereżempju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjonise niżguraw li l-ħarsien tal-istat tad-dritt ikun fundamentali għall-fondi tal-UE, billi noħolqu rabta aktar b’saħħitha bejn ir-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt u l-appoġġ finanzjarjuse niżguraw li r-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità jiġi applikat għall-fondi kollha tal-UE fil-baġit fit-tul tal-futurse nappoġġaw il-media ħielsa madwar l-Unjoni billi nimplimentaw l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u billi ntejbu l-appoġġ tagħna għall-media u l-ġurnalisti indipendenti u l-protezzjoni tagħhom Inpoġġu liċ-ċittadini fil-qalba tad-demokrazija tagħna Sabiex nintegraw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika,se nagħżlu regolarment l-oqsma ta’ politika li fihom ir-rakkomandazzjonijiet minn Panel taċ-Ċittadini Ewropej ikollhom l-akbar valur, u se nindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadinise ntejbu l-involviment tagħna mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom għarfien espert dwar id-difiża ta’ kwistjonijiet speċifiċi tas-soċjetà u tad-drittijiet tal-bniedem, u li jaqdu rwol importanti f’dan ir-rigwardse nsaħħu n-network ta’ aktar minn 3,000 kunsillier lokali biex jinkiseb fehim aħjar tal-impatt li l-UE tħalli fuq il-ħajja ta’ kuljum Il-progress s’issa Segwi l-progress ta’ inizjattivi ġodda, liġijiet proposti u bidliet leġiżlattivi skont din il-prijorità, u żomm ruħek aġġornat dwarhom Marzu 2025Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-pjan direzzjonali tagħha għad-drittijiet tan-nisaMejju 2024Id-dħul fis-seħħ tal-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-MediaApril 2024L-UE tapprova regoli ġodda dwar it-titjib tat-trasparenza tar-reklamar politiku fl-elezzjonijietDiċembru 2023Id-difiża tad-demokrazija: il-Kummissjoni tipproponi li tixħet dawl fuq l-influwenza barranija moħbija Fiċ-ċentru tal-attenzjoni Ir-rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt josserva progress pożittiv fil-pajjiżi tal-UE, iżda jappella għal aktar azzjoniIr-rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt jikkonferma li hemm trajettorja pożittiva f’ħafna pajjiżi tal-UE, fejn twettqu riformi importanti f’erba’ oqsma ewlenin — il-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-media u l-ekwilibriju tas-setgħat istituzzjonali. Xi pajjiżi tal-UE għadhom qed jesperjenzaw sfidi, u fi ftit minnhom, is-sitwazzjoni hija serja. Iżda b’mod kumplessiv, l-impenn biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt għadu b’saħħtu, hekk kif ġew implimentati għadd sostanzjali ta’ rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-2024. Peress li l-istat tad-dritt huwa aspett importanti għall-kumpaniji li jwettqu attivitajiet transfruntiera, ir-rapport tal-2025 jenfasizza wkoll il-kwistjonijiet li għandhom rabta diretta mal-funzjonament tajjeb tas-suq uniku, bħat-tfassil tajjeb tal-liġijiet u r-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Aqra aktar Aħbarijiet 18 Settembru 2025Speech by Commissioner Šuica at the International Democracy Day Brussels15 Settembru 2025Joint statement by High Representative Kallas, Executive Vice-President Virkkunen and Commissioner McGrath on the International Day of DemocracySee more news Suġġetti relatatiIl-komunikazzjoni strateġika u l-indirizzar tad-diżinformazzjoniIl-protezzjoni tad-demokrazijaIl-mekkaniżmu tal-istat tad-drittL-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-MediaIl-Panels taċ-Ċittadini Ewropej Min hu inkarigatHenna VirkkunenIl-Viċi President Eżekuttiv għas-Sovranità Teknoloġika, is-Sigurtà u d-DemokrazijaKaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi PresidentMichael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Il-prijoritajiet l-oħra tal-KummissjoniIl-kompetittivitàIs-sigurtà u d-difiżaL-ekwità soċjali EwropeaIl-kwalità tal-ħajjaEwropa globaliIl-baġit u r-riforma tal-UE
Is-sistemi u l-istituzzjonijiet demokratiċi tal-Ewropa qed jiġu mhedda. Sabiex nipproteġu d-demokrazija tagħna,se nipproponu tarka Ewropea għad-demokrazija ġdida biex tiġġieled il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza mill-barranin online, billi tidentifika, tanalizza u tiġġieled b’mod proattiv id-diżinformazzjoni u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni kif ukoll it-theddid ibriduse naħdmu biex jiżdied il-litteriżmu diġitali u medjatiku ħalli jittejbu r-reżiljenza u l-preparatezza tas-soċjetàse noħolqu network Ewropew ta’ verifikaturi tal-fatti li se jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-UEse nkomplu nsaħħu l-infurzar diġitali, fosthom tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u l-Att dwar l-IA, biex niżguraw ambjent tal-pjattaformi online ġust u miftuħ, nevitaw it-tixrid tal-miżinformazzjoni u tad-deepfakes, u nipproteġu d-diskussjoni pubblika u l-proċessi elettoralise nindirizzaw it-theddid emerġenti fil-konfront tal-integrità tal-elezzjonijiet madwar l-Ewropa, fosthom billi niżguraw li r-rekwiżiti ta’ trasparenza fl-Att dwar l-IA, fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali, u fir-Regolament dwar ir-Reklamar Politiku jiġu implimentati, u billi nsaħħu l-approċċ tagħna lejn il-kontenut prodott permezz tal-IA
Fid-dinja tal-lum, fejn ir-reżiljenza tad-demokraziji, tas-soċjetajiet u tal-ekonomiji tagħna kontinwament tgħaddi minn mumenti ta’ prova, huma l-valuri tagħna li jgħaqqduna u jsaħħuna. Is-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna jiffunzjonaw bis-saħħa tal-istat tad-dritt, li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, l-indirizzar tal-korruzzjoni, u l-infurzar tal-kuntratti. Għalhekk,se nikkonsolidaw ir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt u se niżguraw li jittratta l-kwistjonijiet kollha madwar l-Ewropa, anke billi miegħu nżidu d-dimensjoni tas-suq unikuse nkomplu ntejbu l-monitoraġġ tal-istat tad-dritt u r-rappurtar tagħna dwaru, kif ukoll insaħħu l-ekwilibriju tas-setgħat, b’mod partikolari billi nimmonitorjaw l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijietse nagħmlu ħilitna biex niddefendu l-istat tad-dritt permezz ta’ finanzjament tal-UE għall-miżuri nazzjonali, pereżempju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjonise niżguraw li l-ħarsien tal-istat tad-dritt ikun fundamentali għall-fondi tal-UE, billi noħolqu rabta aktar b’saħħitha bejn ir-rakkomandazzjonijiet fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt u l-appoġġ finanzjarjuse niżguraw li r-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità jiġi applikat għall-fondi kollha tal-UE fil-baġit fit-tul tal-futurse nappoġġaw il-media ħielsa madwar l-Unjoni billi nimplimentaw l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media u billi ntejbu l-appoġġ tagħna għall-media u l-ġurnalisti indipendenti u l-protezzjoni tagħhom
Sabiex nintegraw il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika,se nagħżlu regolarment l-oqsma ta’ politika li fihom ir-rakkomandazzjonijiet minn Panel taċ-Ċittadini Ewropej ikollhom l-akbar valur, u se nindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet taċ-ċittadinise ntejbu l-involviment tagħna mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom għarfien espert dwar id-difiża ta’ kwistjonijiet speċifiċi tas-soċjetà u tad-drittijiet tal-bniedem, u li jaqdu rwol importanti f’dan ir-rigwardse nsaħħu n-network ta’ aktar minn 3,000 kunsillier lokali biex jinkiseb fehim aħjar tal-impatt li l-UE tħalli fuq il-ħajja ta’ kuljum
Ir-rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt josserva progress pożittiv fil-pajjiżi tal-UE, iżda jappella għal aktar azzjoniIr-rapport tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt jikkonferma li hemm trajettorja pożittiva f’ħafna pajjiżi tal-UE, fejn twettqu riformi importanti f’erba’ oqsma ewlenin — il-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-libertà tal-media u l-ekwilibriju tas-setgħat istituzzjonali. Xi pajjiżi tal-UE għadhom qed jesperjenzaw sfidi, u fi ftit minnhom, is-sitwazzjoni hija serja. Iżda b’mod kumplessiv, l-impenn biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt għadu b’saħħtu, hekk kif ġew implimentati għadd sostanzjali ta’ rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-2024. Peress li l-istat tad-dritt huwa aspett importanti għall-kumpaniji li jwettqu attivitajiet transfruntiera, ir-rapport tal-2025 jenfasizza wkoll il-kwistjonijiet li għandhom rabta diretta mal-funzjonament tajjeb tas-suq uniku, bħat-tfassil tajjeb tal-liġijiet u r-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Aqra aktar
15 Settembru 2025Joint statement by High Representative Kallas, Executive Vice-President Virkkunen and Commissioner McGrath on the International Day of Democracy
Kaja KallasIr-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President
Michael McGrathIl-Kummissarju għad-Demokrazija, il-Ġustizzja, l-Istat tad-Dritt u l-Protezzjoni tal-Konsumatur