Il-persunal tal-Membri tal-PE
Il-persunal tal-Membri tal-PE
Il-Membri tal-PE huma liberi li jagħżlu persunal imħallas minn allokazzjoni baġitarja stabbilita mill-PE għal EUR 30.769 fix-xahar (mill-01/07/2024).
Il-Membri kollha tal-PE għandhom id-dritt għall-istess ammont u l-ebda waħda minn dawn is-somom ma titħallas direttament lilhom. Ma jistgħux jimpjegaw qraba stretti u l-assistenti m’għandhomx jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu joħolqu kunflitt ta’ interess.
Il-Parlament jippubblika l-ismijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, tal-assistenti lokali u tal-aġenti tal-ħlas kollha fuq is-sit web tal-Parlament għat-tul tal-kuntratt tagħhom, sakemm ma jiksbux deroga li tingħata biss għal raġunijiet tal-protezzjoni tas-sigurtà tagħhom debitament ġustifikati.